21976A0706(01)



Official Journal L 260 , 24/09/1976 P. 0002 - 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0029
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0151
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0137
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0137


Ftehim kwadru

għall-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

għall-Komunità Ekonomika Ewropea, u

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

fuq naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-KANADA,

fuq in-naħa l-oħra,

ISPIRATI mill-wirt komuni, affinità speċjali u aspirazzjonijiet simili li jgħaqqdu il-pajjiżi tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada;

JIRRIKONOXXU li l-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada jixtiequ jistabbilixxu konnessjoni diretta ma’ xulxin liema konnessjoni għandha tappoġġa, tikkumplimenta u testendi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada;

IRRIŻOLVEW li jikkonsolidaw, isaħħu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tagħhom sa l-għola livell tal-kapaċità tagħhom biex jilqgħu l-bżonniejiet ta’ xulxin fuq bażi ta’ benefiċju reċċiproku;

KONXJI tal-kummerċ diġà eżistenti bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada;

KONXJI illi r-relazzjoni tal-kummerċ iktar dinamika li l-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada qed jimmiraw għaliha teħtieġ kooperazzjoni eqreb f’kull sforz kummerċjali u ekonomiku;

KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tevolvi b’mod pragmatiku, tul l-iżvilupp tal-politiċi tagħhom;

XEWQANA li jsaħħu r-relazzjonijiet bejniethom u li jikkontribwixxu lejn kooperazzjoni ekonomika internazzjonali;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu Ftehim Kwadru għall-kooperazzjoni kummerċjail u ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u l-Kanada, fuq naħa oħra; u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ:

Max van der STOEL,

Il-President tal-Kunsill,

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ l-Olanda;

Sir Christopher SOAMES,

Il-Viċi President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

IL-GVERN TAL-KANADA:

Hon. Allan J. MAC EACHAN,

Segretarju ta’ l-Istat għall-Affarijiet Barranin;

LI, wara li skambjaw bejniethom il-Pieni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Trattament tal-pajjiż l-iktar iffavorit

Skond id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet taħt il-Ftehim Ġenerali dwar tariffi u kummerċ, il-partijiet kontraenti jintrabtu li jagħtu lil xulxin, fuq bażi ugwali u reċiproka, it-trattament tal-pajjiż l-iktar iffavorit.

Artikolu II

Kooperazzjoni kummerċjali

1. Il-partijiet kontraenti jintrabtu li jippromovu l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta’ l-iskambji kummerċjali reċiproki tagħhom sa livell għoli kemm jista’ ikun.

Għal dan il-għan, għandhom, skond il-politiki u għanijiet rispettivi tagħhom;

(a) jikkoperaw fuq livell internazzjonali u b’mod bilaterali lejn soluzjonijiet ta’ problemi kummerċjali u ta’ interess komuni;

(b) jagħmlu mill-aħjar biex jagħtu lil xulxin l-aħjar faċilitajiet għal operazzjonijiet kummerċjali, f’liema operazzjoni parti jew oħra għandha interess;

(ċ) jikkunsidraw b’mod sħiħ l-interessi u l-bżonnijiet rispettivi tagħhom rigward l-aċċess għar-riżorsi u l-ipproċessar aħjar tagħhom.

2. Il-partijiet kontraenti għandhom jagħmlu mill-aħjar tagħhom biex jiskoraġġixxu, skond il-liġijiet tagħhom, restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni ikkawżati minn intrapriżi ta’ l-industrija speċifika tagħhom, inklużi prattiċi tal-prezzijiet u d-distorzjoni tal-kompetizzjoni.

3. Il-partijiet kontraenti jiftehmu, mat-talba tagħhom, li jikkonsultaw u jirrevedu dawn il-kwistjonijiet fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Konġunta skond l-Artikolu IV.

Artikolu III

Kooperazzjoni Ekonomika

1. Il-partijiet kontraenti, fid-dawl tal-komplimentarità ta’ l-ekonomiji tagħhom u l-aspirazzjonijiet fit-tul li għandhom, għandhom jadottaw kooperazzjoni ekonomika reċiproka fl-oqsma kollha li jaraw xieraq il-partijiet kontraenti. Fost l-għanijiet ta’ din il-kooperazzjoni għandu jkun hemm: - l-iżvilupp u l-prosperità ta’ l-industriji rispettivi tagħhom,

- l-inkoraġġament tal-progress teknoloġiku u xjentifiku,

- il-ftuħ ta’ egħjun tal-provvista u swieq ġodda,

- il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta ‘l-impieg,

- it-tnaqqis ta’ disparità reġjonali,

- il-protezzjoni u titjib ta’ l-ambjent,

- ġeneralment, il-kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp ta’ l-ekonomiji u l-livell ta’ l-għajxien rispettivi tagħhom.

2. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-partijiet kontraenti għandhom, kif xieraq, jinkorraġġixxu u jiffaċilitaw, fost kollox: - konnessjonijiet inter-korporattivi usa bejn l-industriji rispettivi tagħhom, speċjalment fil-forma ta’ joint ventures,

- parteċipazzjoni ikbar mid-ditti rispettivi tagħhom fl-iżvilupp industrijali tal-partijiet kontraenti fuq bażi ta’ kondizzjonijiet ta’vantaġġ reċiproku,

- iżjed investiment ta’vantaġġ reċiproku,

- skambji teknoloġiċi u xjentifiki,

- operazzjonijiet konġunti mid-ditti u organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom f’pajjiżi terzi.

3. Il-partijiet kontraenti għandhom, kif xieraq, jinkoraġġixxu l-iskambju regolari ta’ informazzjoni ta’ l-industrija, ta’ l-agrikoltura u informazzjoni oħra li għandha x’taqsam mal-kooperazzjoni kummerċjail u ekonomika kif ukoll l-iżvilupp ta’ kuntatti u attivitajiet li jiipromovu bejn id-ditti u l-organizzazzjonijiet f’dawn l-oqsma fil-Komunitajiet u fil-Kanada.

4. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet, dan il-Ftehim u kull azzjoni li tittieħed skond dan, m’għandhomx jiġu affetwati s-stegħat ta’ l-Istati Membri tal-Komunitajiet li jidħlu f’attivitajiet bilaterali mal-Kanada fil-qasam ta’ kooperazzjoni ekonomika u biex jikkonkludu, meta xieraq, ftehim ta’ kooperazzjoni ekonomika ġdida mal-Kanada.

Artikolu IV

Kumitat ta’ Kooperazzjoni Konġunta

Kumitat ta’ Kooperazzjoni Konġunta għandu jiġi stabbilit biex jippromovi u jirrevedi l-attivitajiet varji ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet u l-Kanada. Konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-Kumitat fil-livelli xierqa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u biex il-miri tal-Ftehim preżenti jimxu ‘l quddiem. Il-Kumitat għandu jiltaqa normalment mill-inqas darba fis-sena. Laqgħat speċjali tal-Kumitat għandhom isiru mat-talba ta’ kull parti. Sotto kumitati għandhom jiġu stabbiliti meta huwa xieraq biex jassistu l-Kumitat fil-kompiti tiegħu.

Artikolu V

Ftehim ieħor

1. Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jaffetwa u jfixkel id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet kontraenti taħt il-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim preżenti għandhom jegħlbu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Kanada tas-6 ta’ Ottubru 1959, sa l-estent li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim preżenti ma jaqblux ma dawk tal-Ftehim ta’ qabel.

3. Bla ħsara għad-disopsizzjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni ekonomika fl-Artikolu III (4), id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jitbiddlu mad-dispożizzjonijiet ta’ Ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet u l-Kanada sa’ l-estent li dawk ta’ l-aħħar ma jaqblux ma’ jew huma identiċi ma’ dawk ta’ qabel.

Artikolu VI

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

Protokoll separat huwa miftihem bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Kanada, fuq in-naħa l-oħra.

Artikolu VII

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tal-Kanada u għat-territorji li japplika għalihom it-Trattati li jistabbilixxi l-Komunitajiet, bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati.

Artikolu VIII

Tul

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara dik li l-partijiet kontraenti innotifikaw lill-xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri neċessarji għal dan il-għan. Għandu jkun ta’ tul mhux speċifikat u jista’ jintemm minn kull parti kontraenti wara ħames snin li daħal fis-seħħ, b’notifika ta’ sena.

Artikolu IX

Ilsna awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa miktub f’żewġ kopji fl-ilsna Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, u Taljan, u t-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.

Til bekræftelse heraf har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne rammeaftale.

Zu Urkund dessen haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Rahmenabkommen gesetzt.

In witness whereof, the undersigned Plenipotentiaries have affixed their signatures below this Framework Agreement.

En foi de quoi, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord-cadre.

In fede di che, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo quadro.

Ten blijke waarvan de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze Kaderovereenkomst hebben gesteld.

Udfærdiget i Ottawa, den sjette juli nitten hundrede og seksoghalvfjerds.

Geschehen zu Ottawa am sechsten Juli neunzehnhundertsechsundsiebzig.

Done at Ottawa on the sixth day of July in the year one thousand nine hundred and seventy-six.

Fait à Ottawa, le six juillet mil neuf cent soixante-seize.

Fatto a Ottawa, addì sei luglio millenovecentosettantasei.

Gedaan te Ottawa, de zesde juli negentienhonderdzesenzeventig.

For Rådet og Kommissionen for De europæiske FællesskaberFür den Rat und die Kommission der Europäischen GemeinschaftenFor the Council and the Commission of the European CommunitiesPour le Conseil et la Commission des Communautés européennesPer il Consiglio e la Commissione delle Comunità europeeVoor de Raad en de Commissie van de Europese Gemeenschappen

+++++ TIFF +++++

For regeringen for CanadaFür die Regierung von KanadaFor the Government of CanadaPour le gouvernement du CanadaPer il governo del CanadàVoor de Regering van Canada

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------