21975A0715(03)



Official Journal L 247 , 23/09/1975 P. 0011 - 0016
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0235
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0235
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0005
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0029
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0029


Ftehim

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

min-naħa l-waħda,

IL-GVERN TA’ L-ISTATI UNITI TAL-MESSIKU,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW r-relazzjonijiet ta’ ħbiberija u l-konnessjonijiet tradizzjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Messiku u ix-xewqa komuni tagħhom biex jiżviluppaw u jibbilanċjaw in-negozju reċiproku tagħhom u biex jestendu l-koperazzjoni bejnithom kemm ta’ dik kummercjali u kemm economika;

ISPIRATI mid-determinazzjoni tagħhom biex isaħħu, jidħlu iżjed fil-fond u jiddiversifikaw dawn ir-relazzjonijiet għall-benefiċċju reċipriku tagħhom;

IŻOMMU l-ispirtu ta’ koperazzjoni li tispirahom;

KONVINTI li sengħa politika bażata fuq koperazzjoni hija l-istrument ideali biex jitħeġġeġ l-Iżvilupp ta’ relazzjonijiet ekonomiċi Internazzjonali;

JAFFERMAW ir-rieda komuni tagħhom għall-kontribuzzjoni ta’ fażi ġdida ta’ koperazzjoni ekonomika internazzjonali u biex jitħaffef l-Iżvilupp tar-riżorsi umani u materjali rispettivi tagħhom fuq il-bażi ta’ libertà, ugwaljanza w ġustizzja;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bhala l-Plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ :

Sur Mariano Rumor,

Ministru għall-Affarijiet Barranin,

President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej;

Sur Francois-Xavier Ortoli,

Il-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

IL-GVERN TA’ L-ISTATI UNITI TA’ MESSIKU :

Sur Emilio O. Rabasa,

Ministru ghall-Affarijiet Barranin;

LI, wara li skambjaw il-poteri kollha tagħhom, u li nstabu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Il-Partijiet Kontraenti huma determinati li jiżviluppaw il-kummerċ tagħhom għall-benefiċċju reċiproku tagħhom u għal dan il-għan għandhom jistabbilixxu u jinkoraġġixxu koperazzjoni kummerċjali u ekonomika fis-setturi kollha li huma ta’ interess għalihom sabiex dawn jikkontribwixxu għall-progress ekonomiku u soċjali tagħhom u għall-bilanċ tan-negozju reċiproku tagħhom fl-ogħla livell possibbli waqt li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari ta’ Messiku bħala pajjiż li għadu qed jiżviluppa.

Artikolu 2

1. Il-Partijiet Kontraenti, fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom għandhom jagħtu lil xulxin dak it-trattament l-iktar favorevoli lil nazzjon fi kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma:

- dazji doganali u piżijiet ta’ kull tip fuq importazzjoni u esportazzjoni, inklużi dawk il-proċeduri għall-kollezzjonijiet ta’ dawn id-dazji u piżijiet;

- regolamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ clearance mid-dwana, transitu, magażżinaġġ jew trasbord ta’ prodotti importati jew esportati;

- taxxi u piżijiet oħra internali imposti direttament jew indirettament fuq merkanzija jew servizzi importati jew esportati;

- arranġamenti li jirregolaw il-kwantità ta’ importazzjoni u esportazzjoni;

- regolamenti fuq pagamenti dwar in-negozju ta’ merkanzija jew servizzi,inklużi l-allokazzjoni ta’ muniti barranin u t-trasferiment ta’ dawn il-pagamenti;

- regolamenti li jolqtu l-bejgħ, xiri, trasport, distribuzzjoni u l-użu ta’ merkanzija u servizzi fis-suq domestiku.

2. Il-paragrafu 1 magħandhux japplika għall:

(a) vantaġġi konċessi mill-Partijiet Kontraenti lill-pajjiżi ġirien biex jiffaċilitaw it-traffiku taż-żona fruntiera;

(b) vantaġġi konċessi mill-Partijiet Kontraenti bl-iskop li jistabbilixxu għaqda doganali jew żona libera ta’ kummerċ jew kif meħtiega mill-istess għaqda doganali jew żona libera ta’ kummerċ;

(ċ) vantaġġi konċessi mill-Partijiet Kontraenti lill-pajjiżi partikolari in konformità mal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u l-Kummerċ;

(d) vantaġġi li l-Messiku tikkonċedi lill-ċerti pajjiżi skond il-Protokoll fuq trattattivi dwar il-kummerċ bejn pajjiżi li għadhom qed jiżvilluppaw fil-kuntest tal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u l-Kummerċ;

(e) vantaġġi oħra konċessi jew li għandhom jiġu konċessi mill-Messiku lil kull pajjiż ta’ l-Amerika Latina jew Karibew jew grupp ta’ pajjiżi.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti aċċetaw li jippromovu l-Iżvilupp u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ reċipriku tagħhom fl-ogħla livell possibbli.

Artikolu 4

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżviluppaw il-koperazzjoni ekonomiku tagħhom, billi huma konnessi mal-kummerċ, fl-oqsma ta’ interess reċipriku u fid-dawl ta’ l-Iżviluppi fil-politika ekonomika tagħhom.

Artikolu 5

Bl-iskop li jiġu implementati l-Artikoli 3 u 4, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jippromovu kuntatti u koperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċI u l-istituzzjonijiet tagħhom bil-għan li jiġu intrapriżi proġetti prattiċI ta’ koperazzjoni ekonomika li x’aktarx jikkontribwixxu għall-Iżvilupp u diversifikazzjoni tal-kummerċ tagħhom.

Artikolu 6

1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ l-Istati Uniti ta’ Messiku. Għandu jiltaqa’ darba fis-sena. Jista’ jkun li bi ftehim reċiproku jissejħu laqghat addizzjonali.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jassigura li dan il-Ftehim jiffunzjona b’mod xieraq u jista’ jifformola rakkomandazzjonijiet għal dan l-skop.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jaddotta r-regoli proprji ta’ proċedura u programmi tax-xogħol.

4. Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi sottokumitati speċjalizzati biex jgħinuh iwettaq il-kompiti tiegħu.

Artikolu 7

Il-Kumitat Konġunt għandu partikolarment:

(a) jeżamina d-diffikultajiet li jistgħu jfixklu l-Iżvilupp u diversifikazzjoni ta’ negozju bejn il-Partijiet Kontraenti;

(b) jistudja u jivvinta metodi biex jegħleb il-barrieri tas-sengħa, partikolarment il-barrieri non-tariffi u quasi-tariffi fis-setturi varji tal-kummerċ, filwaqt li jikkunsidra l-prinċipji u l-obbligi miftehmin miż-żewġ Partijiet Kontraenti ġewwa il-korpi internazzjonali u x-xogħol relevanti impriż f’dan il-qasam mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn it-tipi ta’ problemi;

(ċ) ifittex il-meżżi neċessarji biex Iħeġġeġ iktar koperazzjoni fil-kummerċ u fl-ekonomija bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex dan jikkontribwixxi għall-Iżvilupp u d-diversifikazzjoni tan-negozju tagħhom u jirrikmanda l-implimentazzjoni ta’ dawn il-meżżi;

(d) jistudja u jirrikkmanda miżuri għall-promozzjoni tal-kummerċ li x’aktarx jinkoraġġixxu l-Iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta’ importazzjoni u esportazzjoni sabiex jiġi mħeġġeġ negozju bilanċjat fl-għoli livell possibbli;

(e) jistudja u jirrikkmanda meżżi sabiex jiġu faċilitati kuntatti għall-koperazzjoni bejn ditti tal-Komunità u tal-Messiku bl-iskop li jiġu adattati mudelli eżistenti ta’ kummerċ u strutturi tal-marketing għall-ksib tal-objettivi ekonomiċI tal-Partijiet Kontraenti għal perjodu twil ta’ żmien;

(f) jiddentifika, filwaqt li jikkunsidra l-interessi speċifiċI tal-Messiku, is-setturi u l-prodotti varji li x’aktarx jikkontribwixxu għall-espansjoni ta’ fluss ta’ kummerċ reċipriku u jirrikkmanda miżuri għall-promozzjoni u l-inkorraġġament tal-kummerċ biex dawn il-flussi jiżviluppaw fl-interess ta’ xulxin u skond il-politika ekonomika taż-żewġ Partijiet;

(g) jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u jinkoraġixxi kuntatti fuq il-soġġetti kollha li jolqtu l-prospetti għall-koperazzjoni ekonomika bejn il-Partijiet Kontraenti fuq bażi ta’ vantaġġ lil xulxin u l-kreazzjoni ta’ kondizzjonijiet favorevoli għal din il-koperazzjoni.

Artikolu 8

Dan il-Ftehim m’għandhux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew fuq merkanzija in transitu li huma ġustifikati fuq raġuni ta’ moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; difiża nazzjonali jew il-manteniment ta’ paċI u sigurtà internazzjonali; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, l-annimali jew il-pjanti; il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; il-protezzjoni ta’ proprjetà industrjali u kummerċjali; jew regolamenti li għandhom x’jaqsmu mad-deheb u l-fidda jew il-limitazzjoni ta’ l-esportazzjoni, l-użu jew il-konsum ta’ materjali nukleari, prodotti radjuattivi jew xi materjal ieħor li jiġi utiliżżat fl-Iżvilupp jew l-użu ta’ enerġija nukleari. Madankollu, dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet magħandhomx jikkonstitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarju jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 9

Id-disposizzjonijet ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu sostittwiti ma dawk id-disposizzjonijet ta’ Ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati Uniti tal-Messiku fejn dawn id-dispożizzjonijiet ta’ l-aħħar huma jew inkompattibli jew identiċI ma’ dawk id-disposizzjonijietta qabel.

Artikolu 10

Dan il-Ftehim għandu jgħodd għal dawk it-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u għal territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ Messiku.

Artikolu 11

L-Annessi jiffurmaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 12

1. Dan il-Ftehim għandu jseħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data meta il-Partijiet Kontraenti jkunu notifikaw lil xulxin tat-tmiem tal-proċeduri neċessarji għal dan l-iskop [1].

2. Dan il-Ftehim huwa konkluż għall-perjodu ta’ hames snin u għandu jiġi estiż minn sena għal sena sakemm il-Partijiet Kontraenti ma jiddenunzjawx għalih sitt xhur qabel ma jiskadi.

3. Jekk hemm qbil bejn Iż-żewġ Partijiet Kontraenti, dan il-Fethim jista’ jiġi emendat biex jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet ġodda fil-qasam ekonomika u l-evoluzzjoni ta’ politika ekonomika minn naħa ta’ parti waħda jew l-oħra.

Artikolu 13

Dan il-Ftehim tfassal f’żewġ verżjonijiet fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiza Ġermaniża, Taljana u Spanjola, u kull wieħed minn dawn it-testi huma awtentiċi.

Udfærdiget i Luxembourg, den 15. juli 1975.Geschehen zu Luxemburg am 15. Juli 1975.Done at Luxembourg, 15 July 1975.Fait à Luxembourg, le 15 juillet 1975.Fatto a Lussemburgo, addì 15 luglio 1975.Gedaan te Luxemburg, 15 juli 1975.

For Rådet for De europæiske FællesskaberIm Namen des Rates der Europäischen GemeinschaftenFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità EuropeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenEn nombre del Consejo de las Comunidades Europeas

+++++ TIFF +++++

For regeringen for Mexicos forenede staterFür die Regierung der Vereinigten Mexikanischen StaatenFor the Government of the United Mexican StatesPour le gouvernement des États-Unis du MexiquePer il governo degli Stati Uniti del MessicoVoor de Regering van de Verenigde Mexicaanse StatenEn nombre del Gobierno stados Unidos Mexicanos

+++++ TIFF +++++

[1] Id-data li fiha se jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Dikjarazzoni Konġunta fuq l-Artikolu 6 tal-Ftehim

1. Ir-rappreżentanti tal-Partjiet Kontraenti fil-Kumitat Konġunt għandhom iwasslu dawk ir-rakkomandazzjonijiet stipulati lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jikkunsidrawhom u jieħdu azzjoni xierqa kemm jista’ jkun effettivament u malajr. Fil-każ illi r-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti fil-Kumitat Konġunt ma jkunux jistgħu joħorġu rakkomandazzjoni fuq xi haġa li hija kkunsudrata urġenti jew importanti għall-waħda mill-Partijiet Kontraenti jew l-oħra, huma għandhom jissottomettu l-opinjonijiet taż-żewġ partijiet lill-awtoritajiet tagħhom.

2. Filwaqt li qiegħed jagħmel proposti u rakkomandazzjonijiet, l-Kumitat Konġunt għandu jieħu konnessjoni tal-pjanijiet u l-politika ta’l-żvilupp u għall-progress tal-politika ekonomika, indisutrjali, soċjali, xjentifika u ambjentali tal-Komunità u saħansitra għall-livell ta’ l-Iżvilupp ekonomiku tal-Partijiet Kontraenti.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina possibilitajiet biex u jagħmel rakkomandazzjonjiet għall-użu effiċjenti ta’ l-istrumenti disponibbli kollha, flimkien mal-klawżola l-iktar favorita tan-nazzjon, u l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi, għall-promozzjoni tal-Kummerċ fl-affarijiet li huma ta’ interess lill-Istati Uniti tal-Messiku.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jistudja l-opportunitajiet għall-espansjoni ta’ koperazzjoni ekonomika bħala fattur addizzjonali għall-Iżvilupp akbar tal-kummerċ reċipriku.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea fuq Preferenzi Ġeneralizzati.

Fl-1 ta’ Lulju 1971 il-Komunità awtonomament introduċiet Skema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi fuq il-bażi ta’ Reżoluzzjoni 21(II) tat-Tieni Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti fuq in-Negozju w l-Iżvilupp ta’ l-1968. Il-Komunità hija preparata, filwaqt li qegħda tipprova ttejjeb is-sistema, tieħu kunsiderazzjoni ta’ l-interessi ta’ l-Istati Unitu tal-Messiku fl-inklużjoni ta’ prodotti ġodda u fit-titjib ta’ temini relatati ma’ dawk il-prodotti li huma digà inklużi, bl-iskop li ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-Komunità jittwessaw u jissaħħu.

--------------------------------------------------

L-iskambju ta’ ittri dwar it-Trasport

Sinjur …,

Għandi l-unur li nikkonferma dan li ġej:

Minħabba l-wirja ta’ interess waqt it-trattattivi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fis-settur tat-trasport, partikolarment it-trasport tal-baħar, il-Partijiet Kontraenti ftehmu li fil-Kumitat Konġunt jeżaminaw, kull problema li tista tinqala’ f’dan is-settur biex jinstabu soluzzjonijiet li huma sodisfaċenti għal xulxin.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur …, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tal-Komunità

Sinjur …,

Għandi l-unur nikkonferma dan li ġej:

Minħabba l-wirja ta’ interess waqt it-trattattivi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fis-settur tat-trasport, partikolarment it-trasport tal-bahar, il-Partijiet Kontraenti ftehmu li fil-Kumitat Konġunt jeżaminaw, kull problema li tista tinqala f’dan is-settur biex jinstabu soluzzjonijiet li huma sodisfaċenti għal xulxin.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur …, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern ta’ L-Istati Uniti tal-Messiku

--------------------------------------------------