| | | AVVIŻ LILL-QARREJ | |
| | | Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Protokolli u l-Annessi tagħhom hekk kif jirriżultaw wara l-modifiki li saru permezz tat-Trattat ta' Lisbona li ġie ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 f'Lisbona. Din il-pubblikazzjoni fiha wkoll id-Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona. | |
| | | It-Trattat ta' Lisbona għadu fl-istadju ta' ratifika mill-Istati Membri skond ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Kif previst fl-Artikolu 6 tiegħu, it-Trattat jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009 jekk l-istrumenti kollha ta' ratifika ikunu ġew depożitati qabel din id-data jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika. | |
| | | Din il-pubblikazzjoni hija ta' natura provviżorja. Minn meta jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, jistgħu jsiru aktar rettifiki f'xi waħda jew aktar verżjonijiet lingwistiċi tat-test, bil-għan li jiġu korretti żbalji eventwali li jiġu skoperti fit-Trattat ta' Lisbona jew fit-Trattati eżistenti. | |
| | | Dan it-test jikkostitwixxi strument ta' dokumentazzjoni li għalih l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ma jassumu l-ebda responsabbiltà. | |